Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina jwettaq serqa minn ħanut f’B’Kara

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet dalħgodu.

Uffiċjali kienu infurmati li għall-ħabta tal-9.45am seħħet serqa minn ħanut tal-lottu fi Triq Dun Filippu Borġ, Birkirkara.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 61 sena, residenti Birkirkara.

Ir-raġel ħarab mill-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.