Lokali

Raġel ta’ 29 sena jiddaħħal l-isptar wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 29 sena minn Ħal Luqa, kellu jiddaħħal l-isptar Mater Dei wara li aktar kmieni llum weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ingiered, Ħal Luqa stess.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Ducati Monster, misjuq
mill-vittma u żewġ vetturi, Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti s-Swieqi u Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Gudja.

Aktar tard ir-raġel ta’ 29 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.