Internazzjonali

Repubblika Ċeka: Qerda u mwiet minn tornado

Numru ta’ persuni mietu wara li tornado għadda straxxnat minn diversi villaġġi u fejn indarbu ‘il fuq minn 100 oħra. Il-maltemp tant kien qawwi li tqaċċtu s-soqfa tal-bini fid-distretti ta’ Breclav u Hodonin, b’numru ta’ siġar jinqalgħu mill-għeruq u b’diversi karozzi jispiċċaw maqlubin fuq il-ġenb.

It-tornado iġġenera anki l-irwiefen b’veloċità ta’ 220 kilometru fis-siegħa  u l-inħawi li missew spiċċaw jixbħu xi zona tal-gwerra.

Kien ikkonfermat li diversi villaġġi sofrew il-ħsarat konsiderevoli, bis-Sindku tal-villaġġ ta’ Valtice, Pavel Trojan, jgħid li kważi l-bini kollha ntlaqtu mill-impatt qerriedi tal-elementi. Il-Gvern Ċek, intant, ikkonferma li madwar 1,000 residenza spiċċaw affettwati waqt l-avvanz tat-tornado.