Lokali

Ristoranti, bars u każini jistgħu jiftħu sas-2am…iżda l-ebda aħbar dwar il-qasam tad-divertiment

Estiżi l-ħinijiet tal-viżitaturi f'Mater Dei u jerġgħu jibda l-contact sport tat-tfal

Minn nhar it-Tnejn li ġej ristoranti, bars, każini u snackbars ser jitħallew jibqgħu joperaw
sas-2:00am, meta dan hu permess mil-liċenzja tal-istabbiliment.

Stabbilimenti li l-liċenzja tagħhom tesiġi li jagħlqu qabel is-2am għandhom jagħlqu fil-ħin stabbilit fl-istess liċenzja.

Madankollu fi stqarrija li ħabbret l-aktar rilass riċenti tal-miżuri, il-Gvern baqa’ ma ħabbar xejn ġdid b’rabta mal-qasam tad-divertiment. Qasam li sa issa għadu qed ikun deskritt mill-operaturi tiegħu bħala wieħed li qed ikun iddiskriminat.

Mit-Tnejn wkoll, mezzi ta’ trasport tal-baħar se jitħallew joperaw b’65% tal-ammont ta’
passiġġiera li huma liċenzjati li jtellgħu. Il-waterparks ukoll se jerġgħu jitħallew joperaw.

Il-contact sport tat-tfal ta’ taħt is-17-il sena se jerġa’ jkun permess u b’hekk il-contact sport tal-etajiet
kollha jistgħu jissoktaw. L-istess il-fitness classes, li minn nhar it-Tnejn se jkunu permessi li jerġgħu
jibdew ikunu organizzati.

Minn nhar it-Tnejn ukoll, il-ħinijiet ta’ viżitazzjoni tal-iswali ewlenin f’Mater Dei se jiżdiedu.

Viżitaturi se jkunu permessi jzuru lill-pazjenti mill-11:30 sas-13:00 u mit-15:00 sat-20:00.

id-dawl tal-fatti li l-ammont ta’ każijiet ġodda tal-COVID-19 f’pajjiżna baqa’ stabbli, ġiet
ikkonfermata d-deċiżjoni li min-nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Lulju, kull min ħa d-dożi kollha tal-vaċċin u
għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża u għandu fil-pussess tiegħu ċ-ċertifkat tal-vaċċin, se jkun jista’
jibqa’ mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi fil-miftuħ. Dan sakemm ma jinġemgħux iżjed minn żewġ
persuni mlaqqma flimkien.

Tfal ta’ taħt it-12-il sena jistgħu jibqgħu bla maskra sakemm ikunu akkumpanjati minn persuna li
huwa mlaqqam kontra l-COVID-19.