Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Jon Lukas

Id-dinja tal-mużika sellmet lil kantant Jon Lukas; l-ewwel Malti li rnexxielu jagħmilha fit-Top 40 charts Brittanici bil-kanzunetta Can’t Afford to Lose. Ic-ċerimonja funebri saret fir-Renju Unit.

Jon ‘woodenman’ miet fil-11 ta’ Ġunju li ghadda wara battalja twila ma’ marda qerrieda, fl-età ta’ 72 sena.

Fi krematorju f’Hastings, f’East Sussex, saret ċerimonja fejn ingħatat l-aħħar tislima lil kantant Malti, liema ċerimonja xxandret ukoll virtwalment.

Mwieled Frank Agius, f’Raħal Ġdid, huwa dejjem uża l-istage name Jon Lukas fejn fis-sena 1970 kien kiseb fama internazzjonali bil-kanzunetta Can’t Afford to Lose fost diversi suċċessi oħra.

Fit-93, flimkien mal-kantanta Marita, huwa klassifika fit-tieni post fil-Festival tal-Malta Song bil-kanzunetta Żommni u Għannaqni li aktar ‘il quddiem ġiet tradotta bil-lingwa Ingliża għal The Love That We Share

Bosta ħbieb iddeskrivew lil John Lukas bħala bniedem ta’ qalb kbira li kien dejjem lest sabiex jgħin lil ħaddieħor jiżviluppa it-talenti mużikali. Huwa ispira lil diversi persuni grazzi għal kisbiet li għamel barra minn xtutna.