Atletika Sport Sport Ieħor

Yazmin Zammit Stevens it-tielet atleta kkonfermata għall-Olimpjadi ta’ Tokjo

Il-weighlifter Yazmin Zammit Stevens hija t-tielet atleta kkonfermata li se tirrapreżenta lil Malta fl-OIimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru f’Lulju. Zammit Stevens se tkun qed tikkompeti fil-kategorija tal-64kg.

Zammit Stevens, li kienet parti mill-ischolarship tal-Olimpic Solidarity għal dawn l-aħħar tliet snin, ilha tikkompeti fuq livell internazzjonali sa mill-2015. Hija kkompetiet f’bosta avvenimenti internazzjonali, inkluż l-Kampjonati Ewropej kif ukoll il-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast fl-2018. Zammit Stevens se tkun l-ewwel weightlifter femminili Maltija li ser tikkompeti fil-Logħob Olimpiku.

Wara li saret taf li se tkun waħda mill-atleti li se jirrpareżentaw lill-pajjiżna, Yazmin Zammit Stevens qalet hekk: “Għadni taħt xokk f’din l-aħbar. Jiena tajt l-impenn totali tiegħi lejn il-possibbiltà ta ‘din lopportunità. It-triq lejn Tokyo kienet iebsa, partikolarment minħabba l-pandemija, li xekklet il-kompetizzjoni internazzjonali. B’xorti tajba stajt nitħarreġ u nikkompeti barra l-pajjiż fixxhur li għaddew, opportunita li ċertament kienet ta’ valur siewi.”

Il-parteċipazzjoni ta’ Zammit Stevens, kienet possibbli permezz tal-Kummissjoni Tripartate
tal-IOC, li toffri lill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali l-opportunità biex jinnominaw atleti, li ma
kkwalifikawx izda li huma ta’ livell għoli fl-isport rispettiv tagħhom. Hi tingħaqad mat-tiratatriċi Eleanor Bezzina u l-player tal-Badminton Matthew Abela li wkoll ikkwalifikaw permezz ta ’dan il-programm.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello qal hekk: “Soddisfatti ħafna li naraw li Malta se tkun qed tikkompeti fil-Weightlifting u li naraw ilkontinġent Malti jinbena bil-mod. Din hija t-tieni darba li Malta kkompetiet fil-weightlifting iżda l-parteċipazzjoni ta ’Yazmin se tpoġġiha fuq il-kotba tal-istorja Maltija bħala l-ewwel weightlifter femminili Malti li kkompetiet fil-Logħob.”