L-eks uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin intabagħat 22 sena u nofs ħabs wara li nstab hati illi s-sena li għaddiet qatel lil George Floyd f’Minneapolis. Chauvin, ta’ 45 sena, instab ħati ta’ qtil fit-tieni u t-tielet grad.
F’filmat li dar mad-dinja kollha, Chauvin kien deher b’irkoptu jagħħfas fuq għonq Floyd għal aktar minn disa’ minuti waqt li kien qed jiġi arrestat.
Dakinhar, Floyd kien arrestat fuq suspett li uża flus foloz fejn kien immanettjat u miżmum mill-pulizija …bl-istess Floyd jistema’ jgħid li ma jistax jieħu nifs.
Il-każ kien qajjem rabja kbira fl-Istati Uniti bl-involviment tal-moviment Black Lives Matter fejn saru diversi protesti madwar il-pajjiż kollu kontra r-razzizmu u l-brutalità mill-pulizija.
//= $special ?>