Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkunanna 13-il raġel mill-Bangladesh 78 xhur priġunerija bejniethom wara li ammettew li nhar il-Ġimgħa waslu Malta mill-Greċja b’dokumenti foloz. L-irġiel ġew kundannati sitt xhur ħabs kull wieħed bil-Qorti tfaħħar lill-Prosekuzzjoni għal mod kif hija solviet il-każ.
Li kien għaliha l-Qorti kienet tibgħat lill-ħatja li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn id-19 u t-43 sena, s-Sibt stess iżda dawn ma setgħux jintbagħtu lura wara li tressqu għax m’għandhomx dokumenti validi. Fil-verbal tiegħu l-Maġistrat Mifsud qal li l-Qorti wara li semgħet lill-Uffiċjal Prosekutur Karl Roberts jispjega l-istħarriġ li għamlet il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, tħoss li għandha tfaħħar l-impenn tagħhom, fejn li ma kienu huma li għokritihom għajejhom, flimkien mal-Awtorità tas-Saħħa kien iffisser li tibqa’ għaddejja rotta ta’ immigraazzjoni llegali.
Dan minħabba l-moviment ħieles fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Qorti saħqet illi filwaqt li l-persuni li jkunu qgħdin ifittxu xi forma ta’ futurb aħjar f’pajjiż ieħor, għandha tingħata l-attenzjoni meħtieġa, pero ma jistax ikun traskurat il-fatt li hawn traffikanti tal-bnedmin li bla ħniena u l-ebda skrupli qegħdin idaħħlu l-eluf minn fuq dawn il-persuni.
Il-Qorti qalet li permezz ta’ dan kollu l-flus jispiċċaw jinħaslu permezz ta’ Ħasil ta’ Flus u jkunu mgħejjuna oirganiżazzjonijiet terrositiċi u oħrajn illi jispeċjaliżżaw fit-traffikar tad-droga u l-armi. L-istituzzjonijiet Ewropej u dawk Dinjin għandhom jagħtu l-attenzjoni kollha għal dan ‘il għaliex mhux sewwa li jkun hemm min jisfrutta lil dawn il-persuni biex imbgħad il-kritika ssir mhux lil min iku ittraffikahom u daħħal l-eluf minn fuqhom iżda lil dawk li jkunu qegħdin jinfurzaw il-liġi.
Il-Maġistrat Mifsud qal li l-Qorti f’dan il-każ ikkunsidrat li tagħti piena differenti minn dik li tingħata s-soltu u kienet qed tikkunsidra li s-Sibt stess mat-titjira li hemm għal Ateni jitilqu lura minn fejn ġew, iżda l-Uffiċjal Prosekutur informa lill-Qorti li dan ma jistax isir għaliet it-13-il persuna ma’ għandhomx dokumenti validi biex biex ikun jista’ jsir dan u l-Ġimgħa, meta kienet skoperta din l-attività llegali, l-ajruplan li ġew bih kien diġa telaq lura u allura ma setgħux jinbagħtu lura lejn Ateni bih.
Għalhekk il-Qorti fis-sitwazzjoni m’għandiex triq oħra ħlief li timponi l-minimu ta’ priġunerija u dan anke biex il-pajjiż ma jerfax piż li m’għandux jerfa’ u sakemm ikunu l-ħabs isiru l-arranġamenti kollha biex dawn it-13-il persuna jinġibilhom dokument validu tal-ivvjaġġar biex mill-ewwel meta jiskontaw is-sentenza, jkunu jistghu jintbagħtu lura l-Greċja minn fejn ġew.
Il-Qorti qed tħeġġeġ lill-Pulizija biex jagħmlu kuntatt mal-‘counter parts’ tagħhom fil-Greċja u mal-organiżazzjonijiet l-oħra, fosthom il-Europol u l-Interpol biex jinfurmawhom b’din ir-rotta l-ġdida u ma jħallu lil ħadd jisfrutta t-trattati tal-moviment ħieles tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti qed tħeġġeġ ukoll biex isiru l-arranġamenti bejn il-Pulizija u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex kif jiskuntaw il-piena ta’ priġunerija, jittieħdu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jinbagħtu lura l-Greċja minnn fejn ġew. Għall-ħatja deheret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Martha Mifsud.
//= $special ?>