L-ewwel minuti tal-partita kienu milgħuba b’ritmu għoli, biż-żewġ tmijiet jattakkaw u jkunu offensivi fil-logħob tagħhom. Fl-għaxar minuta waslet l-ewwel azzjoni perikoluża għat-tim Taljan meta d-difensur laterali Leonardo Spinazzola daħal tajjeb fil-kaxxa iżda l-konklużjoni itegħu għaddiet barra mil-lasti Awsrtijaċi. Ħames minuti wara xutta angolat ta’ Lorenzo Insigne kien salvat tajjeb minn Bachmann, biex minuta wara Bachmann reġa kien protagonist hekk kif salva fuq ix-xutt ta’ Nicolo Barella. Fil-31 minuta l-Italja kienu l-aktar viċin il-gowl meta l-konklużjoni mid-distanza ta’ Ciro Immobile ħabtet mal-lasta.
Fit-tieni taqsima l-Italja komplew jiddominaw il-ballun iżda naqsu milli jkunu perikolużi lejn il-lasti tal-Awstrija. Min-naħa l-oħra l-Awstrija dehru aktar komdi fil-bidu tat-titeni taqsima u ħadu aktar inizjattiva matul il-kumplament tal-partita. Biex fl-64 minuta l-Awstrija ħasbu li marru fil-vantaġġ meta minn ballun fit-tul, David Alaba għadda bir-ras lejn Marko Arnautovic li tefa’ ġewwa, liema gowl kien mħassar wara konsultazzjoni mal-VAR. Hekk kif l-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka, l-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fil-ħin barrani l-Italja ħarġu jfittxu l-gowl u proprju wara erba’ minuti huma marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Leonardo Spinazzola, Federico Chiesa niżżel tajjeb u kkonkluda fil-lasta għal 1-0. Fil-103 minuta Lorenzo Insigne kien viċin it-tieni gowl għall-Italja meta minn freekick, Bachamann salva tajjeb u dawwar f’corner.
Biex fil-104 minuta l-Italja għamluwhom tnejn hekk kif wara inċertezza fil-kaxxa Awstrijaka, kien Matteo Pessina li kkonkluda ġewwa. Fil-115 Sasa Kalajdzic skorja għall-Awstrija.
Italja : G.Donnarumma, G.Di Lorenzo, L.Spinazzola, L.Bonucci, M.Verratti, Jorginho, L,Insigne, D.Berardi, F.Acerbi, C.Immobile, N.Barella,
Awstrija : D.Bachmann, A.Dragovic,M.Hinteregger, M.Arnautovic, D.Alaba, M.Sabitzer, F.Grillitsch, C.Baumgartner, S.Lainer, X.SchlagerK,Laimer
Referee: A.Taylor
Assistenti Referees: G.Beswick, A.Nunn
//= $special ?>