F’laqgħa kordjali li l-President kellu ma’ rappreżentanti tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex ġew diskussi diversi temi, fosthom il-ħtieġa li tiġi ddiversifikata l-ekonomija Għawdxija, b’importanza lil setturi ambjentali u diġitali, li jistgħu joffru potenzjal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli f’din il-gżira.
Għawdex bħal diversi gżejjer oħra hija dipendenti fuq it-turiżmu fejn il-pandemija uriet il-ħtieġa li l-ekonomija Għawdxija tiddiversifika ruħha f’setturi oħrajn li jistgħu wkoll joffru opportunitajiet tajbin ta’ impjieg fil-gżira, filwaqt li bl-ebda mod ma jimpattaw negattivament fuq l-ambjent.
Il-President tal-Gozo Business Chamber Joseph Borg tkellem dwar l-isforz li jrid isir fis-setturi ambjentali u diġitali sabiex jinħoloq aktar xogħol ta’ kwalita u fit-tul f’Għawdex stess.
Il-Kamra kellha wkoll l-opportunità li tiddiskuti l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent fejn saħqet li kull żvilupp li jseħħ f’Għawdex għandu jkun magħmul b’tali mod li jsebbaħ l-ambjent tal-madwar. Il-Kamra qalet li huwa mportanti li Għawdex jitħares sabiex jibqa’ destinazzjoni distinta u attraenti.
//= $special ?>