Lokali

Il-greylist tal-FATF; deċiżjoni li se taffettwa lil kulħadd

It-tħassib dwar id-deċiżjoni tal-FATF huwa evidenti… id-deċiżjoni li pajjiżna jitpoġġa fil-greylist b’xi mod se taffettwa lil kulħadd. Huwa dan is-sentiment komuni li qed inisslu ħafna esperti fosthom il-union tal-bankiera u diversi esperti oħrajn.

Waqt intervista fil-programm Net Live l-President tal-MUBE William Portelli stqarr li jinsab dizappuntat immens b’din id-deċiżjoni tal-FATF għaliex qatt ma immaġina li Malta li daħlet fl-Unjoni Ewropea u biż-żona Euro setgħet qatt tasal f’dan il-punt. William Portelli tkellem dwar id-deċiżjoni tal-FATF u spjega x’inhu l-pass li jmiss. Hu spjega il-ħidma sfieqa u dettaljata li għandhom quddiemom il-ħaddiema u l-kumpaniji fis-settur finanzjarju fi żmien hekk kritiku għalihom, għas-settur tagħhom u għal pajjiżna.

Waqt Net Live kien intervistat ukoll l-Avukat Charles Cassar li tenna li jinsab dispjacut ghaliex ma kellniex inħallu lil pajjiżna jasal f’din is-sitwazzjoni pero saħaq li issa rridu nħarrsu ‘l quddiema għaliex hemm triq twila u diffiċli quddiemna għaliex hemm ħafna xogħol xi jsir. Charles Cassar spjega li l-FATF tħares lejn żewġ pilastri partikolari meta tevalwa pajjiż. Hu saħaq li mill-għad tekniku pajjiżna ssodisfa l-evalwazzjoni iżda dan ma kienx biżżejjed biex ma nitpoġġewx fil-greylist. Charles Cassar spjega li pajjiżna mhux se joħroġ mill-greylist fi żmien qasir, għalkemm jispera li ma ndumux. Hu spjega li l-greylisting huwa xi ħaġa li għandu jinkwieta lil kull ċittadin għax b’xi mod jista’ jimpatta lil kulħadd.