Lokali

Il-pjan ta’ rkupru għadu qed jiġi diskuss

F’April li għadda l-Ministru Owen Bonnici kien qal li l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet dwar il-pjan ta’ rkupru għall-wara l-pandemija tal-COVID-19.

Issa, li qed noqorbu lejn ix-xahar ta’ Lulju… dan il-pjan ta’ rkupru għadu ma ġiex ippreżentat. Għalhekkk Net News staqsa lill-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-koordinazzjoni tal-Istrateġija wara l-COVID-19 Owen Bonnici dwar f’liem stadju wasal dan il-pjan… bil-Ministru jammetti li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.

U dwar l-fatt li Malta spiċċat greylisted mill-Financial Action Task Force… Owen Bonnici ammetta li l-Gvern Laburista matul is-snin naqas f’numru ta’ affarijiet u għalhekk irid jaħdem fuqhom. 

L-effetti ta’ din id-deċiżjoni fejn Malta spiċċat greylisted u l-vot ta’ sfiduċja għal dak li għamel il-Gvern f’dawn l-aħħar snin se jħallu effett fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, hekk kif se jkun ferm aktar diffiċli biex ikun attirat investiment barrani …u biex isir kummerċ ma’ negozji u entitajiet Maltin.