Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock irriżenja mill-kariga tiegħu wara li ammetta li kiser ir-regoli tal-COVID. Dan ħareġ wara li kien leaked filmat fejn deher f’mumenti intimi mas-segretarja tiegħu.
Il-filmati, ippubblikati minn The Sun, juru lil Hancock f’tgħanniqa ma’ Gina Coladangelo fis-6 ta’ Mejju li għadda – aktar minn ġimgħa qabel ma r-regoli tas-social distance kienu rilassati għal nies li jiltaqgħu fuq ġewwa u li jklunu minn households differenti.
Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Matt Hancock qal: “L-aħħar ħaġa li nixtieq hija li l-ħajja privata tiegħi ttellef l-attenzjoni mill-pandemija tal-coronavirus. Irrid intenni l-apoloġija tiegħi li ksirt il-miżuri, u niskuża ruħi mal-familja u l-maħbubin tiegħi talli poġġejthom f’din is-sitwazzjoni. Għandi bżonn ħin biex inkun ma’ wliedi f’dan iż-żmien.”
Coladangelo, li ilha ħabiba tal-eks ministru tal-kabinett minn żmien l-università, inħatret bħala direttur mhux eżekuttiv fid-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kura Soċjali s-sena l-oħra.
Il-Partit Laburista u d-Demokratiċi Liberali kienu talbu għat-tneħħija ta’ Hancock, u qalu li l-filmat li kien ipubblikat iqajjem diversi mistoqsijiet dwar jekk kienx hemm kunflitt ta’ interess fil-ħatra ta’ Gina Coladangelo, u jekk inkissrux ir-regoli tas-social distance.
//= $special ?>