EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

L-aqwa XI tal-Euro 2020 fil-fażi tal-gruppi

(Ritratt: EPA)

Fil-fażi tal-gruppi tal-Euro 2020 kien hemm għadd ta’ players li spikkaw bil-UEFA tagħżel l-aqwa ħdax fl-ewwel fażi tal-kompetizzjoni.

Goalkeeper | Gianluigi Donnarumma (Italja)

Gianluigi Donnarumma irnexxielu jżomm tliet clean-sheets fl-ewwel tliet partiti tal-fażi tal-gruppi, bl-Italja tirbaħ il-grupp

Right Back | Denzel Dumfries (Olanda)

Denzel Dumfries kien wieħed mid-difensuri l-aktar li spikkaw f’din il-kompetizzjoni hekk kif fl-ewwel tliet partiti skorja tliet gowls

Difensur Ċentrali | Pau Torres (Spanja)

Pau Torres kien ewlieni fid-difiża Spanjola hekk kif Spanja sofrew biss tliet gowls fil-fażi tal-gruppi. Torres li beda l-partita kontra l-Islovakkja beda fuq il-bankina tar-riservi daħal u kien involut f’gowl minnhom permezz ta’ assist.

Difensur Ċentrali | Ruben Dias (Portugall)

Ruben Dias kien ċentrali fil-qalba tad-difiża tal-Portugall fejn flimkien ma’ Pepe rnexxielhom jgħinu lill-Portugall jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi

Left back | Leonardo Spinazzola

Leonardo Spinazzola kien wieħed mill-players li spikka fit-tim nazzjonali Taljan. Spinazzola kien ukoll l-aktar player veloċi sa issa f’din il-kompetizzjoni

Midfielder ċentrali | Kevin De Bruyne (Belġju)

Minkejja li l-midfielder Kevin De Bruyne tilef l-ewwel partita tal-grupp minħabba injury li sofra fil-finali tal-UEFA Champions League, xorta waħda kien strumentali fil-partiti ta’ wara biex il-Belġju temmew fl-ewwel post ta’ Grupp B

Midfielder ċentrali | Georginio Wijnaldum (Olanda)

Georginio Wijnaldum mexxa lill-Olanda tul il-fażi tal-gruppi bħala l-captain tat-tim fejn kien ukoll involut fi tliet gowls għat-tim Olandiż

Right wing | Joshua Kimmich (Ġermanja)

Joshua Kimmich huwa wieħed mill-aktar players versatili fl-iskwadra tal-Ġermanja hekk kif qed ikun utilizzat minn Joachim Low f’diversi pożizzjonijiet

Left wing | Lorenzo Insigne (Italja)

Lorenzo Insigne kien wieħed mill-aktar player influewnti fl-iskwadra tal-Italja minkejja li skorja gowl wieħed biss fil-fażi tal-gruppi

Attakkanti | Romelu Lukaku (Belġju)

Romelu Lukaku kien wieħed mill-players l-aktar li ħalla mpatt fl-iskwadra tal-Belġju hekk kif irnexxielu jiskorja tliet gowls

Attakkanti | Cristiano Ronaldo (Portugall)

Cristiano Ronaldo kompla jikser aktar rekords f’din il-kompetizzjoni hekk kif ukoll huwa t-top scorer b’ħames gowls