Illejla f’Wembley Stadium f’Londra l-Italja ta’ Roberto Mancini tiltaqa’ mal-Awstrija fejn se tfittex post fil-kwartifinali tal-Euro 2020. Mhux hekk biss. Minbarra l-kwalifikazzjoni mal-aħħar tmeinja, l-Italja qed tfittex ukoll żewġ rekords oħra, rekords li ilhom stabbiliti għal għexieren ta’ snin.L-Italja ilha issa 30 logħba konsekuttiva mingħajr telfa, fejn bir-rebħa kontra Wales fl-aħħar logħba ta’ Grupp A fl-Olimpico it-tim Taljan immexxi minn Mancini laħaq ir-rekord ta’ l-Italja immexxija minn Vittorio Pozzo li fis-snin tletin għamlu serje ta’ 20 logħba mingħajr telfa.Illejla f’Wembley l-Italja għandha l-opprotuita’ li twaqqaf rekord ġdid billi testendi din is-serje għal 31 logħba.
Rekord ieħor li t-tim Taljan jista’ jwaqqaf illum hu dwar il-gowls, fejn it-tim ta’ Mancini ma sofriex gowl fl-aħħar 11-il logħba għal total ta’ 1,055 minuta u jekk illejla l-Awstrija ma jirnexxielhix issib ix-xibka Taljana, jinkiser ir-rekord ta’ 1,143 li kien twaqqaf mit-tim Taljan fis-snin sebgħin.Fil-fatt it-tim Taljan immexxi minn Ferruccio Valcareggi kien għamel 1,143 minuta mingħajr ma jsofri gowl, bejn l-1972 u l-1974. Il-gowl li kien waqqaf din is-serje pożittiva kien skorjaħ il-plejer ta’ Haiti Sanon li kien għeleb lil Dino Zoff f’azzjoni ta’ kontrattakk fl-ewwel logħba tal-grupp fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974.It-Taljani kienu dawwru r-riżultat u rebħu l-konfront 3-1, iżda l-avventura Taljana kienet intemmet f’diżappunt kbir meta minkejja li kienu meqjusa fost il-favoriti, l-Ialja wara Haiti kienu kisbu dro ta’ 1-1 mal-Arġentina u sofriet telfa kontra l-Polonja 2-1, telfa li eliminat lill-Italja b’mod bikri mit-Tazza tad-Dinja.
F’dik il-logħba fatali għall-Azzurri fi Stuttgart, kienu skorjaw Deyna u Szarmach, filwaqt li Fabio Capello kien skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni tal-Italja.Lura għal-logħba tal-lejla l-Italja lil hinn mir-rekords tibda bħala favorita, dejjem fuq dak li uriet fil-logħbiet tal-grupp.L-Italja bla dubju ssorprendew għall-kompatezza, l-organinazzjoni ta’ logħob u l-pożittivita fil-logħba tagħhom, fejn fittxew li jattakkaw anki meta kienu fil-vantaġġ, xi ħaġa li tmur kontra t-tradizzjoni Taljana.L-Awstrija minn naħa tagħha m’għandhiex x’titlef illejla u tipprova tirrepeti l-prestazzjoni ferm tajba li tat fil-konfront deċiżiv kontra l-Ukrajna. Il-kowċ Awstrijak Franco Foda kien ottimist lejliet il-logħba fejn qal li fil-futbol m’hemm xejn impossibli u qal li forsi wasal iż-żmien li l-Italja ssofri l-ewwel telfa.
Rawnd tal-aħħar 16: Italja v Awstrija 9.00pm
//= $special ?>