Sport Sport Ieħor

Maverick Vinales fuq quddiem fil-Grand Prix tal-Olanda

(Ritratt: EPA)

Maverick Vinales ta’ Yamaha se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Olanda tal-MotoGP. Hu għeleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim Fabio Quartararo u kien segwit mis-sewwieq ta’ Ducati Francesco Bagnaia.

Il-Ġappuniż Takaaki Nakagami fuq Honda se jibda mir-raba’ post filwaqt li Johan Zarco ta’ Ducati se jkun qed jibda mill-ħames post. Miguel Oliveira u Alex Rins se jibdew mis-sitt u mis-seba’ post rispettivament filwaqt li Jack Miller se jibda mit-tmien post.

Alexi Espargaro ta’ Aprilla se jibda mid-disa’ pożizzjoni filwaqt li c-champion renjanti Joan Mir se jkun qed jibda mill-għaxar post.

Kif se jibdew: 1. M. Vinales, 2. F. Quartararo, 3. F. Bagnaia, 4. T. Nakagami, 5. J. Zarco, 6. M. Oliveira, 7. A. Rins, 8. J. Miller, 9. A. Espargaro, 10. J. Mir, 11. P. Espargaro, 12. V. Rossi, 13. I. Lecuona, 14. J. Martin, 15. L. Savadori, 16. A. Marquez, 17. L. Marini, 18. D. Petrucci, 19. E. Bastianini, 20. M. Marquez, 21. B. Binder, 22. G. Gerloff