Max Verstappen se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Awstrija hekk kif se jkun qed ifittex li jkabbar id-distakk tiegħu minn ma’ Lewis Hamilton fil-klassifika tas-sewwieqa.
Fit-tieni post se jkun qed jibda Valtteri Bottas ta’ Mercedes u se jkun segwit minn sieħbu fit-tim Lewis Hamilton. Lando Norris ta’ Mc Laren u Sergio Perez ta’ Red Bull se jibdew mir-raba’ u mill-ħames post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly se jibda mis-sitt post. Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda mis-seba’ pożizzjoni bis-sewwieq Yuki Tsunoda se jkun qed jibda mit-tmien post għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Fernando Alonsa u Lance Stroll se jkunu qed jibdew mid-9 u l-10 post.
Kif se jibdew: 1. M. Verstappen, 2. V. Bottas, 3. L. Hamilton, 4. L. Norris, 5. S. Perez, 6. P. Gasly, 7. C. Leclerc, 8. Y. Tsunoda, 9. F. Alonso, 10. L. Stroll, 11. G. Russell, 12. C. Sainz, 13. D. Ricciardo,14. S. Vettel, 15. A. Giovinazzi, 16. N. Latifi, 17. E. Ocon, 18. K. Raikkonen, 19. M. Schumacher, 20. N. Mazepin
//= $special ?>