Fil-jiem li ġejjin mistennija co-option oħra fil-Parlament hekk kif l-eks Ministru Manuel Mallia mistenni jinħatar Kummissarju Għoli għal Malta fir-Renju Unit.
Din mhux l-ewwel darba li kien hemm manuvri biex jidħol xi ħadd ġdid fil-Parlament… fi kliem ieħor… co-option fil-Grupp Parlamentari tal-Lejber.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Manuel Mallia kien elett f’elezzjoni każwali fid-9 Distrett, dan ifisser li l-persuna li se teħodlu post tista’ tingħażel b’co-option. Din se tkun r-raba’ co-option fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern wara li fl-aħħar xhur kien hemm il-co-options tal-Ministri Miriam Dalli u Clyde Caruana u d-Deputat Oliver Scicluna.
Clyde Caruana u Miriam Dalli huma żewġ Ministri li ġew co-opted fl-aħħar xhur tas-sena 2020. Huma ħadu post l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Membru Parlamentari Etienne Grech.
L-istorja ta’ Oliver Scicluna hi ftit differenti hekk kif mar-riżenja tal-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saret elezzjoni każwali, u hemm kien elett Gavin Gulia, iżda Gulia rriżenja mal-ewwel u ħadlu postu Oliver Scicluna.
Ħafna issa qed jistaqsu, min hu dak li se jieħu post Manwel Mallia, hekk kif Mallia se jkun qed jieħu post Joseph Cole fil-ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>