Mit-Tnejn li ġej l-Italja kollha se titpoġġa fuq dik l-imsejjħa żona bajda. Dan ifisser, li minkejja tħassib dwar il-varjant Delta, it-Taljani u dawk kollha li jivjaġġaw lejn il-pajjiż, se jkunu jistgħu jgħixu ħajja relattivament normali. Żona bajda tfisser li kull attività u kull stabbiliment fil-pajjiż jista’ jiftaħ. Dan jinkludi s-settur tal-entertainment fosthom in-nightclubs madwar il-pajjiż.
Dan ħabbru il-Ministru għas-Saħħa Roberto Speranza meta saħaq lir-riżultati li qed jikseb il-pajjiż huma nkoraġġanti filwaqt li appell għall-attenzjoni u l-prudenza tal-pubbliku fid-dawl ta’ din in-normalità ġdida. F’post fuq Twitter, Speranza afferma li l-battalja kontra l-virus għadha mhux mirbuħa.
Din id-deċiżjoni tal-Gvern Taljan tasal fi zmien fejn il-varjanti tal-Coronavirus reġgħu qed jgħollu rashom hekk kif 17% tal-każi li ġew rapurtati fl-aħħar ġimgħa kienu kollha tal-varjant Delta u Kappa.
Fl-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni, l-italja rrapurtat 56 mewta tal-COVID-19 filwaqt li l-ammont ta’ każi ġodda fl-aħħar sigħat ammontaw għal 753.
//= $special ?>