Internazzjonali Lokali

Poplu liberu mingħajr indħil barrani – PN

P
Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista jinnota posittivament l-passi ‘l quddiem li seħħew tul din il-ġimgħa fis-Second Berlin Conference dwar il-Libja. Dan huwa proċess li ma għandux jieqaf u għandu jiġi sostnut minn iktar pajjiżi bi sforzi oħra.

Mill-ewwel konferenza wieħed jrid jirreġistra li huwa mill-iktar tajjeb li l-ġlied fil-pajjiż huwa wieqaf, li beda lura l-produzzjoni taż-żejt u li hemm kalma u stabbilitá. Mhux biss, imma li fiddjalogu u d-diskussjoni interna mmexxija mill-poplu Libjan hemm iktar qbil u konverġenza li fl-24 ta’ Dicembru 2021 ser ikun hemm elezzjonijiet ġenerali liberi.

Il-Partit Nazzjonalista huwa komess li jsostni kull sforz fit-triq lejn il-paċi u l-ġustizzja għallpoplu libjan. Proprju għalhekk li jaqbel li jkun hemm paġna ġdida għalih fejn forzi militari u merċenarji ma jibqgħux iktar preżenti. Mhux biss imma li l-abbużi umanitarji jiġu kontrollati u r-rispett lejn il-ħajja, il-libertá u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu assigurati.

Fuq kollox il-Partit Nazzjonalista jħares ‘l quddiem lejn pajjiż liberu mingħajr interferenzi jew indħil barrani.

Nemmnu li pajjiżna għandu ħafna x’joffri bħal ma għamel fil-passat lill-poplu Libjan u jittama li l-ewwel pajjiżna jibni strateġija strutturata u mmirata biex tissaħħaħ l-kollaborazjoni u ħidma reċiproka soċjali, ekonomika u kulturali t-tieni li fil-proċessi internazzjonali futuri pajjiżna jiġi mistieden sabiex jkun parteċipi dirett.

Din l-istqarrija tal-PN kienet iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight.