Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 30 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur fiż-Żejtun. L-inċident seħħ ilbieraħ, għas-5.45pm, meta seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Għar Dalam, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn karrozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena, residenti r-Rabat u mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Marsaskala.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.