Kmieni dalgħodu kien irreġistrat terremot ta’ 4.4 fuq l-Iskala Richter fi Strasburgu. Skont data minn Istitut Nazzjonali Taljan, it-terremot kellu epiċentru ta’ madwar 10 km fil-fond u epiċentru fil-Punent tal-belt. L-Aġenzija Nazzjonali Franċiża għall-Monitoraġġ (Renass) indikat li kien hemm it-tieni terremot ftit tal-minutir wara ta’ 2.3.
Jidher li ż-żewġ terremoti kienu pprovokati mill-attività tal-bniedem b’mod partikolari, minn testijiet ġeotermali mwettqa mill-Kumpanija Fornoche, li tittratta l-enerġija rinnovabbli u dik alternattiva.
//= $special ?>