Hekk kif wara diversi xhur ta’ stennija aktar kmieni f’Ġunju bdiet il-EURO 2020… issa din il-kompetizzjoni daħlet fit-tieni fażi tagħha..
NET NEWS is-Sibt filgħodu żar il-Belt Valletta fejn staqsa lin-nies dwar min jaħsbu li ser ikunu iż-żewġ timijiet li jagħmluha għall-finali.
Intant, kienu diversi dawk li stqarrew magħna li kienu qed jistennew bi ħġarhom din il-kompetizzjoni anke minħabba l-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 affettwa wkoll l-isports.
U kif jgħidu t-tiġrija sal-barkun hekk kif kull tim li għamilha mal-aħħar sittax għandu ċans li jasal sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni li se ssir fil-11 ta’ Lulju f’Wembley Stadium Londra.
//= $special ?>