L-eks plejer internazzjonali Olandiż, Wesley Sneijder jemmen li r-rebbieħa tal-Euro 2020 se jkunu l-Italja. “Il-favoriti tiegħi qabel bdiet il-Euro kienu Franza, imma wara li rajthom jilgħabu fl-istadju tal-gruppi, il-favoriti l-ġodda tiegħi huma l-Italja.”
Sneijder, li matul il-karriera tiegħu ta’ plejer lagħab xejn inqas minn 134 partita mat-tim nazzjonali Olandiż, u skorja 30 gowl, saħaq li l-Italja ta’ Mancini, fl-ewwel tliet partiti tal-grupp, impressjonawħ mhux ftit filwaqt li Franza, li tant kien qed jemmen fihom li jistgħu jkunu huma li jirbħu l-Euro, għadhom ma kkonvinċewħx biżżejjed.
L-Italja se tkun qed tilgħab fl-istadju tal-aħħar 16-il tim, illejla s-Sibt, fid-9pm kontra l-Awstrija. Skont l-odds tal-kumpaniji tal-betting, kwalifikazzjoni għall-Italja għall-kwarti tal-finali, wara l-partita tal-lejla qed titħallas 1.25 filwaqt li kwalifikazzjoni għal mal-aħħar tmienja tal-Euro 2020, għall-Awstrija, għandha l-valur ta’ 4.33.
//= $special ?>