Żagħżugħ minn Raħal Ġdid spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni l-vittma ta’ 26 sena tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li nqaleb u ħabat m’ambulanza privata misjuqha fid-direzzjoni opposta minn żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex għenu xi lix-xufier tal-karozza joħroġ mill-vettura tiegħu minħabba l-fatt li kawża tal-ħabta l-karozza spiċċat nqalbet.
Filwaqt li ż-żagħżugħ ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
