Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li fl-ibliet u l-irħula tagħna tara sens qawwi ta’ volontarjat illi għadu qawwi ferm fil-każini u l-għaqdiet lokali.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta dalghodu kien fost il-Qriema u s-Siġġiwin li din il-ġimgħa, minkejja b’differenza sforz il-pandemija, iċċelebraw il-festi ta’ San Ġorġ u San Nikola.
F’Ħal Qormi, Bernard Grech, akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie żar numru ta’ każini u ħwienet fejn iltaqgħa u tkellem ma’ numru ta’ ħaddiema li laqgħuh f’din l-okkażżjoni tant speċjali. Dan filwaqt li ltaqa’ anke mal-Kumitat Festi Esterni li jiehu hsieb l-armar ta’ barra.
Akkumpanjat mid-deputati Nazzjonalisti, kandidati u kunsillieri lokali…Bernard Grech intlaqa’ wkoll fil-kazin tal-Għaqda Muzikali San Gorg Martri kif ukoll fis-sede tal-Għaqda tan-Nar 23 t’April u fil-każin tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici.
Bernard Grech insista dwar l-importanza li bħala pajjiż verament napprezzaw il-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet li jsawwruna bħala Maltin u Għawdxin – pilastru ewlieni fl-identità tagħna.
Aktar kmieni fis-Siġġiewi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar il-klabb tal-futbol tas-Siġġiewi FC fejn hemm ingħata wkoll memorabilia tal-klabb bħala tifkira.
Sussegwentament huwa żar il-Każin tas-Siġġiewi Festival Brass Band and Social Club, filwaqt li wara intlaqa’ wkoll fil-Każin Banda San Nikola filwaqt li żar diversi każini u stabbilimenti oħra fir-raħal Siġġiewi.
Matul iż-żewġ żjarat Bernard Grech kellu wkoll l-opportunita’ jiltaqa’ ma’ diversi familji Qriema u Siġġiwin illi tkellmu miegħu dwar t-tradizzjonijiet lokali marbuta maż-żewġ festi…li kull sena jkunu ċċelebrati fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju.