L-eks player ta’ Franza Jerome Rothen qal li l-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps għandu problema biex jikkontrolla l-‘ego’ tal-attakkant ta’ 22 sena Kylian Mbappe.
Mbappe huwa wieħed mill-aktar players promittenti fil-futbol bħalissa, b’Rothen jgħid li dan il-fatt mhuwiex jgħin biex iżomm saqajh mal-art. Qabel il-bidu tal-Euro 2020 Mbappe kien ukoll involut f’argument ma’ sieħbu fit-tim Olivier Giroud. Mbappe għadu ma skorjax f’din l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej għal Franza hekk kif din il-problema jidher li ħolqot instabbilità fl-iskwadra Franċiża.
Intant il-problemi għal Deschamps huma akbar minn hekk, hekk kif għall-partita kontra l-Iżvizzera se jkun mingħajr Lucas Hernandez, Lucas Digne, Ousmane Dembele kif ukoll probabilment mingħajr Adrian Rabiot.
//= $special ?>