EURO 2020 Futbol Gruppi Sport Stadju Finali

EURO 2020 | L-Aħħar Sittax : Belġju 1 – 0 Portugall

Rebħa minima għall-Belġju | Diżappunt għall-Portugall

Fl-ewwel taqsima il-partita kienet bilanċjata biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom bil-pusses tal-ballun. Fil-25 minuta Cristiano Ronaldo impenja lil Thibaut Courtois minn freekick b’saħħtu, bid-difiża tbiegħed il-periklu. Madnakollu l-Belġju marru fil-vantaġġ fil-41 minuta meta b’xutt mid-distanza Thorgan Hazard għeleb lil Rui Patricio għal 1-0.

Fit-tieni taqsima l-Portugall provaw jattakkaw aktar biex iġibu l-gowl tad-draw, imma l-Belġju rnexxielhom jkomplu jikkontrollaw il-partita. Fit-82 minuta id-daqqa ta’ ras ta’ Ruben Dias kienet salvata b’diffikulta’ minn Courtois. Biex minuta wara l-Portugall resqu l-aktar viċin il-gowl tad-draw meta l-konklużjoni ta’ Raphael Guerreiro ħabtet mal-lasta. B’hekk il-Belġju issa jiltaqgħu kontra l-Italja, nhar il-Ġimgħa fi Munich.

Belġju : T.Courtois, T.Alderwiereld, J.Vertonghen, T.Vermaelen, T.Meunier, Y.Tielemans, A.Witsel, T.Hazard, K. De Bruyne, E.Hazard, R.Lukaku

Portugall : R.Patricio, D.Dalot, R.Dias, Pepe, R.Guerreiro, J.Moutinho, J.Palhinha, R.Sanchez, B.Silva, D.Jota, C.Ronaldo

Referee : F.Brych

Assistenti Referees : M.Borsch, S.Lupp