EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

EURO 2020 | L-Aħħar Sittax: Olanda 0 – 2 Repubblika Ċeka

Iċ-Ċeki jikkwalifikaw wara t-tkeċċija ta’ de Ligt | L-Olanda eliminati

Fl-ewwel taqsima l-Olanda kienu l-aktar tim offensiv fejn kellhom serje ta’ attakki fl-ewwel 20 minuta. MInkejja dan ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti Ċeki. Ir-Repubblika Ċeka min-naħa l-oħra, damu xi ftit biex isibu saqajhom fil-partita, iżda aktar ma għadda ħin, aktar bdew jikkontrollaw il-pusses tal-ballun . Fit-38 minuta ċans tajjeb għaċ-Ċeki, iżda mill-viċin Antonin Barak tefa’ għoli mil-lasti difiżi minn Stekenleburg.

Fit-tieni taqsima il-partita ħadet xejra oħra. L-Olanda sfaw jilagħbu b’għaxar t’iplejers fil-55 minuta, meta Matthijs de Ligt mess il-ballun b’idu, waqt li kien l-aħħar raġel għall-Olanda. Biex ir-Repubblika Ċeka approfittaw mir-raġel aktar hekk kif fit-68 minuta marru fil-vantaġġ, meta minn cross ta’ Antonin Barak, Tomas Kalas niżżel tajjeb bir-ras lejn Tomas Halas, li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha tefa’ fil-lasta għal 1-0.

Ir-Repubblika Ċeka għalqu l-partita bit-tieni gowl fit-80 minuta meta minn pass ta’ Tomas Holes, kien l-attakkant prolifiku Patrik Schick li kkonkluda ġewwa għal 2-0. B’hekk ir-Repubblika Ċeka issa jiltaqgħu kontra d-Danimarka fil-kwarti finalin nhar is-Sibt 3 ta’ Lulju, f’Baku Olympic Stadium.

Olanda: M. Stekelenburg, D. Dumfries, S. De Vrij, M. De Ligt, D. Blind, P. Van Aanholt, M. De Roon, G. Wijnaldum, F. De Jong, M. Depay, D. Malen

Repubblika Ċeka: T. Vaclik, V. Coufal, O. Celutska, T. Kalas, P. Kaderabek, T. Holes, T. Soucek, P. Sevik, A. Barak, L. Masopust, P. Schick

Referee: S. Karasev

Assistenti Referees: I. Demeshko, M. Gavrilin