EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Ivan Perisic pożittiv għall-Covid-19

(Ritratt: EPA)

Jumejn qabel il-partita mill-fażi tal-aħħar 16 kontra Spanja, l-attakkant Kroat Ivan Perisic irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fejn se jkollu joqgħod f’iżolament għall-għaxar t’ijiem u se jkun qed jitlef l-istess partita.

Dan kien imħabbar mill-federazzjoni Kroata fejn qalet ukoll li l-ebda player ieħor ma rriżulta għall-Covid-19 u ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji.