Sport Sport Ieħor

L-aħħar programm Sport Extra f’din l-iskeda

Millum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar l-34 programm SPORT EXTRA fejn se jkompli bis-serje ta’ intervisti ma’ atleti li fil-passat irrappreżentaw lil Malta fid-diversi edizzjonijiet tal-Olimpijadi. L-34 programm huwa l-aħħar wieħed għas-sena ta’ sport 2020-21.

 Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli iltaqa’ ma żewġ tiraturi. FRANS PACE li kien ħa sehem fit-trap f’Atlanta 1996 u Sydney 2000 kif wkoll ELEANOR BEZZINA li mhux biss ingħażlet biex tieħu sehem fl-Olimpijadi ta’ Tokjo iżda kellha wkoll l-ewwel esperjenza Olimpika f’Rio 2016.

Fit-tieni parti GAIL RIZZO tirrakkonta l-esperjenzi tagħha fl-għawm fl-1996 f’Atlanta u f’Beijing fl-2008 meta kienet bħala uffiċjal mal-kontinġent ta’ għawwiema.

L-aħħar intervista fl-34 programm bix-xieraq hija ma’ WILLIAM CHETCUTI li ,minkejja li mhux ser ikun f’Tokjo ħa sehem f’erba’ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Olimpijadi fl-2004 f’Ateni fl-2008 f’Beijing fl-2012 f’Londra u fl-2016 f’Rio.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech u Michael Farrugia .