Fuq NET Television u NET FM, it-Tnejn filgħodu se jittella’ programm speċjali b’diskussjoni intensiva dwar l-aħħar żviluppi wara li pajjiżna kien greylisted mill-FATF kawża ta’ deċiżjonijiet żbaljati mill-Gvern Laburista.
Il-programm speċjali jibda fid-9am u jibqa’ għaddej sa 12pm, b’kollegamenti diretti mill-Parlament, fost l-oħrajn għal intervent mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Fl-istudio se ssir diskussjoni, immexija minn Roderick Agius, dwar xi jfisser dan ir-riżultat u x’effett jista’ jkollu jekk is-sitwazzjoni ma titranġax mill-aktar fis.