L-Olanda jibdew bħala l-favoriti li jikkwalifikaw fil-partita kontra r-Repubblika Ċeka li se tintlagħab fil-Puskas Arena f’Budapest.
L-Olanda kisbu kwalifikazzjoni faċli hekk kif minn Grupp Ċ kwalifikaw bi tliet rebħiet konsekuttivi fejn urew logħob offensiv, bil-players Memphis Depay, Georginio Wijnaldum u Denzel Dumfries ikunu fost l-aktar players li spikkaw fl-iskwadra ta’ Frank de Boer. Aktar kmieni tħabbar li l-attakkant Luuk de Jong se jkun qed jitlef il-kumplament tat-tournament wara injury li sofra f’irkopptu u b’hekk jonqsu l-għażliet fl-attakk għal De Boer. Jidher li s-sistema tattika ta’ 3-4-1-2 hija l-aktar waħda addattata għat-tim Olandiż hekk kif dan jagħti aktar stabbilità fid-difiża li hija aktar vulnerabbli mingħajr id-difensur ta’ Liverpool Virgil Van Dijk.
Ir-Repubblika Ċeka minn naħa l-oħra kienu wieħed mill-erba’ timijiet li kwalifikaw bit-tielet post. L-aktar player li spikka fit-tim Ċek kien l-attakkant Patrik Schick li skorja tliet gowls fil-fażi tal-gruppi fosthom gowl mill-isbaħ fir-rebħa kontra l-Iskozja. Players oħra importanti għal Jaroslav Silhavy hemm il-midfielder ta’ West Ham Tomas Soucek li jagħti stabbilità f’nofs il-grawnd.
Dan se jkun it-tnax -il konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet hekk kif l-Olanda rebħu tliet partiti preċidenti filwaqt li r-Repubblika Ċeka rebħu ħamsa.
Rawnd tal-aħħar 16: Olanda v Repubblika Ċeka 6.00pm
//= $special ?>