L-istilla tal-Portugall u ta’ Manchester United Bruno Fernandes għandu storja interessanti ferm hekk kif mhux kull kowċ emmen fil-kwalitajiet tiegħu.
Fl-2012, il-klabb tas-Serie B fl-Italja, Novara kienu ffirmaw lil Fernandes għall-40,000 ewro. Dan it-trasferiment kien seħħ grazzi għal Mauro Borghetti, li kien parti mill-istaff tekniku tal-istess klabb li kkonvinċa lid-diriġenti biex jinvestu fil-midfielder Portugiż.
Borghetti jirrakkonta kif meta wasal, Fernandes ma kienx jidher li huwa player mill-kwalitajiet fiżiċi tiegħu. L-istess Borghetti qal li l-ħidma fit-taħriġ tal-istess Ferandes għenitu jitjieb fiżikament.
Disa’ snin wara, Fernandes jinsab jilgħab fil-Premier League ma’ Manchester United u jinsab ukoll fl-iskwadra tal-Portugall li qed tilgħab fil-Euro 2020.
//= $special ?>