L-awtoritajiet għall-emerġenzi fi Stat ta’ Florida, fl-aħħar sigħat, irkupraw il-ħames katavru minn qalb it-tifrik tal-blokk tal-appartamenti li kien ċeda nhar il-Ħamis, fl-inħwi ta’ Miami Dade.
Is-Sindku ta’ Miami-Dade, Daniella Levine Cava, qalet li s’issa hemm 156 persuna li ghadhom rappurtati nieqsa – u li tlieta minnhom ġew identifikati.
S’issa, ghadha mhix maghrufa r-raguni li wasslet ghall-kollass tal-kumpless tal-appartamenti li kien inbena madwar 40 sena ilu.
Intant, sar magħruf li rapport minn grupp ta’ inġiniera li sar fl-2018 kien tefa dawl fuq “l-iżbalji magguri fid-disinn”.
Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, bħalissa qed joffri l-appoġġ kollu meħtieg lin-nies ta’ Miami-Dade u b’mod partikulari lill-qraba tal-vittmi. Fl-istess ħin, għandha tkompli l-ħidma ta’ search and rescue min-naħa tal-awtoritajiet ‘li qed jagħmlu l-almu tagħhom biex isalvaw il-ħajja sa fejn hu possibbli’.
Il-kroll ta’ parti kbira tal-bini seħħ kmieni filgħodu waqt li ħafna residenti kienu reqdin u l-kawża tat-traġedja qed tkun investigata bir-reqqa.
Fl-aħħar sigħat, l-iskwadri għall-emerġenzi kienu qed jużaw il-makkinarju tqil flimkien ma’ diversi drones u klieb imħarrġin biex isibu lin-nies taħt it-tifrik. Dan fost ‘il-ġlieda mal-ħin’ biex l-awtoritajiet itellgħu lin-nies mirduma minn taħt it-terrapien.
//= $special ?>