EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Żewġ gowls għad-Danimarka, wara sena diffiċli ferm

(Ritratt: EPA)

Tkompli l-ħolma tad-Danimarka hekk kif wara l-kwalifikazzjoni drammatika mill-fażi tal-gruppi u wara l-inċident li seħħ lil Chrisitian Eriksen, lbieraħ kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-0 fuq Wales biex b’hekk kwalifikaw għall-kwartifinali.

Kasper Dolberg skorja żewġ gowls għad-Danimarka biex fetaħ vantaġġ doppju għat-tim ta’ Kapser Hjumland. Dolberg kellu sena diffiċli hekk kif marad bil-Covid-19 darbtejn u kien ukoll operat fl-appendix.

Dolberg kien qed jilgħab minflok l-attakkant regolari Yussuf Poulsen, bil-kowċ Daniż jgħid kif Dolberg irnexxielu jirkupra minn sena diffiċli bl-aqwa mod possibli u żgur li għandu jservi ta’ aspirazzjoni għal bosta.