Anzjana ta’ 72 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu fi Triq San Ġużepp.
Jidher li l-mara li tgħix Raħal Ġdid sfat milquta minn vettura ta’ tip Daihatsu misjuqa minn raġel ta’ 23 sena li jgħix Raħal Ġdid ukoll.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija
ġiet iċċertifikata li qed weġġgħet serjament u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>