Lokali

Appartament jinħakem minn nirien wara li jaqbad toaster

Għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu appartament li jinsab fi Triq Ċensu Tabone, il-Balluta, San Ġiljan inħakem minn nirien wara li jaqbad toaster iżda fortunatament l-ebda persuna ma sofriet ġrieħi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Numru ta’ persuni ġew evakwati mill-binja sakemm intefa’ n-nar permezz ta’ madwar tliet vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn minkejja li l-ebda persuna ma sofriet ġrieħi, anzjana li kienet fl-istess appartament ittieħdet l-Isptar biex tinżamm taħt osservazzjoni.