EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

David de Gea se jitlef il-partita ta’ llejla kontra l-Kroazja

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper ta’ Spanja Devid de Gea se jkun qed jitlef il-konfront ta’ llejla kontra l-Kroazja hekk kif sofra injury fit-taħriġ.

Minkejja li għadu ma lagħbx partita waħda f’dan it-tournament hekk kif l-għażla ta’ Luis Enrique kien il-goalkeeper Unai Simon fil-fażi tal-gruppi. F’filmat fuq il-midja jidher li de Gea weġġgħa fil-warming up b’rapporti jindikaw li seta’ weġġgħa koxxtu.