L-istilel tat-tim Belġjan Eden Hazard u Kevin de Bruyne huma dubjużi għall-kwarti finali kontra l-Italja wara li sofrew injuries fil-partita mill-aħħar sittax kontra l-Portugall.
De Bruyne kellu jħalli l-partita fit-48 minuta wara tackle fl-għaksa mill-midfielder Portugiż João Palhinha, b’ De Bruyne jagħmel sinjal lejn il-bankina li ried jinbidel. Min-naħa l-oħra Eden Hazard ħalla l-partita fis-87 minuta wara li deher li kellu problema fil-hamstring, b’Yannick Carasco joħodlu postu fil-ground.
Wara l-partita il-coach Roberto Martinez qal li se jkunu qed isiru testijiet mediċi fuq iż-żewġ plejers fi żmien 48 siegħa, sabiex tkun determinata l-gravita tal-injuries tagħhom, bil-Belġju mistennija jkunu mingħajr Hazard u De Bruyne fil-kwarti finali kontra l-Italja, nhar il-Ġimgħa fi Munich.
//= $special ?>