Il-Kroazja marru fil-vantaġġ fl-20 minuta meta l-goalkeeper Spanjol Unai Simon naqas milli jżomm pass ta’ Pedri li spiċċa fil-lasta tiegħu stess. Madanakollu Spanja ġabu l-gowl tad-draw fis-37 minuta meta wara konfużjoni fil-kaxxa Kroata, kien Pablo Sarabia li finalment kkonkluda fil-lasta għal 1-1.
Fit-tieni taqsima Spanja ħadu l-inizjattiva tal-partita u proprju fis-57 minuta minn cross ta’ Ferran Torres kien Cesar Azpilicueta li bir-ras tefa’ fil-lasta.Biex fis-77 minuta huma skorjaw it-tielet gowl meta minn pass ta’ Pau Torres, kien Ferran Torres li kkonkluda fil-baxx għal 3-1. Madanakollu fl-84 minuta l-Kroazja skorjaw it-tieni gowl meta minn pass ta’ Luka Modric kien Ante Budimir li mill-viċin tefa’ ġewwa għal 3-2. Iżda, drammatikament fit-92 minuta l-Kroazja kisbu l-gowl tad-draw meta minn cross ta’ Mislav Orsic kien Mario Pasalic li bir-ras tefa’ fil-lasta għal 3-3. Il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fil-ħin barrani Spanja ħadu l-vantaġġ fil-100 minuta meta minn cross Alvaro Morata niżżel tajjeb u b’konklużjoni b’saħħitha għeleb lil goalkeeper Kroat għal 4-3. Biex żewġ minuti wara minn cross ta’ Daniel Olmo kien Mikel Oyarzabal li tefa’ ġewwa mill-viċin għal 5-3.
Kroazja: D. Livakovic, J. Juranovic, D. Vida, D. Caleta-Car, J. Gvardiol, M. Borzovic, L. Modric, M. Kovacic, N. Vlasic, B. Petkovic, A. Rebic
Spanja: U. Simon, C. Azpilicueta, E. Garcia, A. Laporte, J. Gaya, Koke, S. Buquets, Pedri, F. Torres, A. Morata, P. Sarabia
(Ritratt: EPA) (Ritratt: EPA)
Referee: C. Cakir
Assistenti referees: B. Duran, T. Ongun
//= $special ?>