F’din il-partita Spanja se jkunu qed iħrasu li jibnu fuq ir-rebħa ta’ 5-0 li kisbu fl-aħħar logħba ta’ Grupp E kontra l-Islovakkja. Wara li l-ewwel żewġ partiti temmew fi draw, Spanja wrew il-potenjzal tal-iskwadra żagħżugħa tagħhom fl-aħħar partita, hekk kif iddominaw il-partita mill-bidu sa tmiem. Għalkemm bosta kkritikaw lil Alvaro Morata għal prestazzjonijiet deludenti li wera fl-aħħar partiti, Spanja għandhom it-talenti ta’ Ferran Torres, Pedri, u Gerard Moreno, li kapaċi jkunu effettivi kontra l-Kroati.
Min-naħa l-oħra l-Korazja għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 kontra l-iskozja, li biha temmew fit-tieni post ta’ Grupp D, wara l-Ingilterra. L-aħbar ewlenija mill-kamp Kroat hi li Ivan Perisic se jkun qed jitlef dan il-konfront wara li ttestja pożittiv għall-Covid 19, fejn se jkollu josserva perjodu ta’ 10 t’ijiem fi kwarantina mandatorja. Minkejja dan l-Kroazja xorta waħda jibqagħu tim b’saħħtu bi plejers bħal Luka Modric, Ante Rebic, Mateo Kovacic u Nikola Vlasic ikunu protagonisti għalihom.
Filwaqt li l-Kroati qatt ma rebħu l-Kamjonati Ewropej, Spanja se jkunu qed iħarsu li jirbħu l-kompteizzjoni tal-Euro għar-raba’ darba, wara li rebħu l-Euro 64, l-Euro 2008 kif ukoll l-Euro 2012.
L-aħħar sittax : Spanja v Kroazja 6.00pm Parken Stadium, Kopenhagen
//= $special ?>