Internazzjonali

F’Londra: Sitt persuni jweġġgħu f’nar li ħakem diversi garaxxijiet

Sitt persuni weġġgħu u diversi binijiet ġew evakwati wara li nar ħakem in-nofsinhar ta’ Londra. Madwar 100 pumpier ġew imsejħa fuq il-post biex jikkontrollaw in-nar, li seħħ għall-ħabta tas-1:45pm ħdejn l-istazzjonijiet tal-ferrovija Castle u Elephant.

Waqt l-inċident b’kollox ġew itrattati madwar sitt persuni li kellhom ġrieħi ħfief. Sakemm ġie ikkontrollat in-nar dan laħaq ikkaġuna diversi ħsarat, speċjalment fuq madwar sitt karozzi u telephone box li kienu fl-akwati.

Investigazzjonijiet preliminari qegħdin jindikaw li n-nar beda f’garaxxijiet li kienu viċin l-istazzjonijiet tal-ferrovija. Il-pulizija Brittaniċi għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.