Il-partit tal-lemin estrem, Rally Nazzjonali, li hu mmexxi minn Marine Le Pen sofra disfatta fit-tieni rawnd tal-elezzjonijiet regjonali fejn naqas milli jirbaħ il-poter f’lokalità waħda.
Iżda l-Partit La République En Marche (jew l-LREM taċ-ċentru) tal-President Franċiż Emmanuel Macron ukoll sofra riżultati ħżiena – bil-vot, imbagħad, ikun wieħed inkoraġġanti għar-Repubblikani taċ-ċentru-lemin u s-Soċjalisti Franċiżi.
Intant kien hemm konkorrenza baxxa rekord ta’ votanti għall-elezzjoni tal-Ħadd, b’anqas minn 35 fil-mija tal-votanti joħorġu jivvutaw.
Madankollu l-elezzjonijiet huma wkoll sinifikanti minħabba li l-Franċiżi diġà qegħdin jaħsbu fl-elezzjonijiet għall-Presidenza ta’ Franza li jsiru f’April tal-2022.
Il-Partit LREM ta’ Macron ukoll naqas milli jirbaħ il-kontroll f’xi reġjun wara li kien mar ħażin fl-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet. Din kienet anki l-ewwel darba li l-LREM ħa sehem fl-elezzjonijiet reġjonali ta’ Franza.
Ir-riżultati tal-Ħadd, iżda, huma anki daqqa ta’ ħarta għal Marine Le Pen, li kienet qed tittama ħafna f’rebħa fi Provence-Alpes-Côte d’Azur . Dan meta Le Pen qed taħseb biex iżżid il-popolarità mal-votanti Franċiżi waqt ix-xhur li jwasslu għall-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>