Wara l-eliminazzjoni mill-Euro 2020, id-difensur Olandiż Matthijs de Ligt refa’ r-responsabbilita’ tal-iżball li wassal għal karta ħamra fil-partita kontra r-Repubblika Ċeka, hekk kif stqarr li l-eliminazzjoni tat-tim Olandiż kienet minħabba l-iżball tiegħu.
Wara l-partita, de Ligt stqarr li ma messu qatt ħalla l-ballun jaħbat quddiemu, b’kawża li spiċċa żelaq u kellu jżomm il-ballun b’idu, hekk kif Patrik Schick kien se jispiċċa wiċċ’imb’wiċċ mal-goalkeeper Martin Stekelnburg. De Ligt tkeċċa fil-55 minuta hekk kif il-partita kienet għadha bl-iskor ta’ 0-0, biċ-Ċeki japprofittaw mir-raġel aktar u jirbħu l-partita 2-0.
//= $special ?>