F’partita minn Grupp B, il-Brażil u l-Ekwador temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Brażil li marru fil-vantaġġ fis-37 minuta. Azzjoni ta’ Everton lejn EDER MILITAO li għeleb lil Galindex. Wara biss tmien minuti tat-tieni taqsima Ekwador kisbu l-gowl tad-draw protagonisti żewġ sostituti. Minn pass ta’ Enner Valencia kien ANGEL MENA li għeleb lil Allison Becker għal 1 – 1.
Fit-tieni partita minn Grupp B wara li l-ewwel taqsima ntemmet 0 – 0 fit-48 minuta minn azzjoni ta’ Yashimar Yotun kien Renald Hernandez li kklerja, segwa l-azzjoni ANDRE’ CARRILLO li ma kellu ebda problema jgħeleb lil Farinez. Gowl li kien biżżejjed għal Peru’ biex saħħew posthom fit-tieni post fil-klassifika b’7 punti kontra l-10 punti tal-Brazil.
//= $special ?>