EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Il-Ġermanja mhux se jitħallew jitħarrġu f’Wembley Stadium

It-tim nazzjonali tal-Ġermanja mhux se jitħalla jitħarreġ f’Wembley Stadium lejliet il-partita mill-aħħar sittax tal-Euro 2020 kontra l-Ingilterra. Dan hekk kif mistennija xita qawwija f’Londra li jista’ jkollha riperkussjonijiet ħżiena fuq il-ħaxix ta’ Wembley Stadium, li jista’ jitfa’ f’riskju l-partita t’ għada. B’hekk il-UEFA ħadet din id-deċiżjoni bħala prekawzjoni.

Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata ferm mill-midja Ġermanniża hekk kif tista’ tagħti vantaġġ lill-Ingilterra f’partita ta’ prestiġju bħal ta’ għada. Madanakollu, l-UEFA stqarret li t-timijiet kollha li lagħbu l-partita tal-aħħar sittax f’Wembley Stadium għaddew mill-istess preċedura, bħal ma għamlu it-timijiet tal-Italja u l-Awstrija qabel il-partita tagħhom.