Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana sostna fil-parlament dalgħodu li jifhem li l-pajjiż qed jiffaċċja l-konsegwenzi għall-iżbalji li saru.
Clyde Caruana qal li kien ħadem, stinka u ġera wara n-nies dwar il-grey listing tal-FATF għax jaf l-importanza għall-ekonomija. Hu sostna li qed jieħu din il-kwistjoni b’serjetà kbir u żied li kien inkwteat għax jista’ jkun hemm riperkussjonijiet.
Juġgħani l-istonku minħabba ċertu konsegwenzi, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li qal li se jwassal messaġġ lill-industrija li kien sar ħafna xogħol tajjeb.
Hu sostna li mhux se jaqa’ kollox; jaqa’ kollox jekk noqgħodu ngħidu li se jaqa’ kollox għax kulħadd jaqta’ qalbu. Filwaqt li ammetta li jkun hemm konsegwenzi għall-iżbalji iżda l-Gvern se jagħmel kollox biex kull impatt negattiv li jista jkun hemm jiun mitigat.
Il-Gvern mhux se jirrevdi l-miri ekonomiċi tiegħu iżda se jara li jsir iktar. Konvint li ma ndumux ma noħorġu minn dan il-muent iżda x-xogħol li jrid isir, irid isir b’reqqa u mingħajr tperriċ fuqu, sostna l-Ministru tal-Finanzi.
Hu qal li jifhem li huma ħafna fis-settur li huma inkwetati iża dan hu prożes sli l-pajjiż irid jgħaddi minnu la qiegħed fih. Il-Ministru tal-Finanzi kompla li baqa’ biss ftit ieħor biex fi żmien raonevoli l-pajjiż joħroġ minn dan il-pajjiż.
//= $special ?>