Il-Kanada rreġistrat l-ogħla temperatura fl-istorja waqt li r-reġjuni lejn il-Punent tal-pajjiż flimkien mar-reġjuni tal-Pacific north-west fl-Istati Uniti batew taħt mewġa ta’ sħana mingħajr preċedent.
L-inħawi ta’ Lytton, fi British Columbia, irreġistraw sħana ta’ 46.6 gradi Celsius li kisret rekord li kien dam għal 84 sena.
Intant, pressjoni għolja ta’ arja sħuna eċċezzjonali magħrufa bħala heat dome kopriet ir-reġjun waqt li kienu reġistrati rekords ta’ sħana f’numru ta’ zoni oħra.
Il-Kanada u l-Istati Uniti t-tnejn wissew iċ-ċittadini tagħhom dwar ‘il-livelli tas-sħana perikolużi’ li għandhom jippersistu matul il-ġimgħa.
Dan waqt li l-esperti qalu li l-bidliet fil-klima mistennija jżidu l-frekwenza ta’ temp estrem ta’ dan it-tip.
Fl-istess ħin, iz-zona ddominata mill-pressjoni għolja hi waħda enormi li ġġebbed minn Kalifornja, fl-Istati Uniti, sat-territorji fir-reġjun tal-Artiku fil-Kanada. Il-heatwave eċċezzjonali, intant, qed jiddomina wkoll f’xi Stati Amerikani bħal Idaho.
//= $special ?>