Lokali Parlament

Il-poplu ma jistħoqqlux dan; jeħtieġ paġna ġdida

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li l-pajjiż għandu bżonn paġna ġdida, bi Gvern immexxi mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Hu qal li l-MEP David Casa waħdu irnexxielu jġib miljuni ta’ fondi lejn Malta mill-UE u sostna li minkejja dan il-Gvern jgħajru traditur. Mela kemm hu iktar tarditur min daħħal lil Malta fil-lista l-griża!

Jason Azzopardi qal li l-Ministru tal-Finanzii innifisu kien responsabbli biex f’Malta idaħħal eluf kbar ta’ ħaddiem barranin meta hu kien imexxi l-Jobs Plus; illum l-istess Ministru lanqas għandu d-diċenzja jitkellem fuq il-greyplisting.

Hu qal li l-gvern isib il-flus għan-Nexia BT iżda ma jsibx il-flus biex jgħin lill-poplu Malti quddiem din is-sitwazzjoni.

Jason Azzopardi qal li l-Amerikani, pemrezz tal-Ministru tal-Finanzi Amerikan, kienu wissew lil Malta dwar il-korruzzjoni iżda l-Gvern Laburista baqa’ jgħatti l-korruzzjoni. Hu staqsa x’sar minnu l-Pjan ta’ Rkupru u qal li Malta għandha wieħed mill-ftit pajjiżi tal-UE li ma ssottomettiex dan il-pjan.

Hu tkellem ukoll dwar il-qrati u qal li kien ippropona diversi riformi biex il-ġurijiet ma jsirux darbtejn minħabba l-kumpilazzjoni.

Jirriżulta li l-Gvern Amerikan insista li sal-aħħar tas-sena l-Gvern Malti jrid ibiddel is-sistema ta’ proċedura fil-kumpilazzjonijiet fil-qrati. Dan se jseħħ għax il-Gvern hu arroganti u ma aċċettax il-proposti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu obbligu jgħid lill-poplu x’se jagħmel meta jonqsu €450 miljun investiment barrani. Il-Gvern jinsab sieket ukoll dwar il-crypto currency wara li l-Ingilterra hi twissu fuq dan is-suġġett. Il-gvern ried crypto paradise kif ried imur il-Panama.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali hu l-persuna li ta l-barka għal kull ftehim korrott u jinab taħt investigazzjoni dwar il-bejgħ tal-passaporti. Fit-23 ta’ Frar li għadda Paul Bonello qal li kull min kien importanti kien fil-kontroll ta’ Yorgen Fenech u dan li ħirerġ mill-Qorti qed ikisser ir-reputazzjoni ta’ Malta.

Robert Abela m’għamel xejn beix jevita din is-sitema u ta l-approvazzjoni lil Joseph Muscat u lil Konrad Mizzi meta kien konsultn tal-Gvern Laburista.